Share to: share facebook share twitter share wa share telegram print page

Kristofru Kolombu

Kristofru Kolombu
Viċirè tal-Indji

17 April 1492 - 20 Mejju 1506
profanador

1492 - 23 Awwissu 1500 - Francisco de Bobadilla (en) Translate
Ħajja
Isem propju Christophorus Columbus
Twelid Genova, 1451, 1450, 31 Ottubru 1451, 1 Settembru 1451, 1451
Nazzjonalità Repubblika ta' Genova
Mewt Valladolid, 20 Mejju 1506
Post tad-dfin Katidral ta' Sivilja
Kawża tal-mewt  (attakk tal-qalb)
Familja
Missier Domenico Colombo
Omm Susanna Fontanarossa
Konjuga/i Filipa Moniz Perestrelo (en) Translate  (1479 -
Koppja/i Beatriz Enríquez de Arana (en) Translate
Ulied
Aħwa
Tribù familja Kolombu
Edukazzjoni
Lingwi Spanjol
Ligurian (en) Translate
Portugiż
renaissance Latin (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni esploratur
baħri
baħħar
vjaġġatur
inventur
Influwenzat minn Pierre d'Ailly (mul) Translate
Paolo dal Pozzo Toscanelli (mul) Translate
Tolomew
Marco Polo
John Mandeville (en) Translate
Sħubija Columbus Conquistador of America (en) Translate
Grad almirante de la mar Océana (en) Translate
ammirall

Kristofru Kolombu (c. 1451 – 20 ta' Mejju 1506) kien esploratur Taljan li qasam l-Oċean Atlantiku u li kixef l-Amerki fit-12 ta' Ottubru 1492.

Kristofru Kolombu kien żagħżugħ qalbieni li dejjem ħabb l-avventura. Hu xtaq li jsib triq ġdida lejn il-Lvant billi jbaħħar fl-Oċean Atlantiku li dwaru ftit li xejn kien magħruf. It-twettiq ta' din il-ħolma kellha tbiddel il-mappa tad-dinja. Aktarx li twieled f'Genova fl-1451 u beda jbaħħar minn meta kien għadu tfajjel. Kien iħobb jaqra ħafna, l-aktar dwar il-vjaġġi. Il-vjaġġi ta' Marco Polo qanqlu lil Kolumbu biex imur ifittex hu wkoll.

L-ewwel vjaġġ

Ir-rotta tal-ewwel vjaġġ

Meta r-Re tal-Portugall ma laqax it-talba tiegħu għall-għajnuna biex jaqsam l-Atlantiku, telaq lejn Spanja. L-għorrief Spanjoli bdew jisimgħuh iżda ftit tawh widen. Fl-1492, wara seba' snin ta' taħbit, Kristofru Kolombu ngħata permess biex ibaħħar taħt il-bandiera Spanjola. Fil-bidu ta' Awwissu tal-istess sena, tliet karavelli tħejjew għall-vjaġġ. L-ekwipaġġ kien imħallat. Kien hemm nies ta' qattagħni, ħabsin, u oħrajn li ħsiebhom kien li jistagħnew fi żmien qasir. Maż-żerniq tal-Ġimgħa, it-3 ta' Awwissu, il-ġifen Santa Marija (bastiment) baħħar mill-port ta' Palos, fi Spanja, flimkien man-"Niña" u mal-"Pinta". Reħewlha lejn il-Gżejjer Kanarji u l-ewwel vjaġġ beda fis-6 ta' Settembru.

Din hija replika tal-ġifen Santa Marija

Is-Santa Marija kienet tiżen biss madwar mitt tunnellata u kellha ekwipaġġ ta' erbgħin baħri biss. Iżda il-fidi qawwija ta' bniedem bħal Kolombu ma naqset qatt. Il-qlubija tiegħu ħeġġet lin-nies jagħmlu sforzi kbar.

Wara bosta jiem ta' tbaħħir, bdew jidhru xi friegħi u ħaxix tal-baħar frisk jgħumu f'wiċċ l-ilma, u xi għasafar tal-passa għaddew mill-qrib ukoll. Kienu sinjali ċari li xi art kienet fil-qrib. Fit-12 ta' Ottubru, sebgħin jum wara li kienu telqu minn Spanja, imstemgħet għajta minn baħri "l-art...l-art". Kienu lemħu art ġdida. Wara tħasseb ftit. Hu ħaseb li kien wasal l-Asja, għalkemm effettivament Kolombu kien wasal l-Amerka u mhux l-Asja.

Kembali kehalaman sebelumnya