Share to: share facebook share twitter share wa share telegram print page

Édith Piaf

Édith Piaf
Ħajja
Isem propju Édith Giovanna Gassion
Twelid Pariġi, 19 Diċembru 1915
Nazzjonalità Franza
Residenza Pariġi
Stati Uniti tal-Amerka
Normandija
Franza
L-ewwel lingwa Franċiż
Mewt Grasseu is-16 arrondissement ta' Pariġi, 10 Ottubru 1963
Post tad-dfin Iċ-Ċimiterju Père Lachaise
Grave of Gassion-Piaf (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (emoraġija interna)
Familja
Missier Louis Gassion
Omm Line Marsa
Konjuga/i Jacques Pills (en) Translate  (20 Settembru 1952 -  1956)
Theophanis Lamboukas (en) Translate  (9 Ottubru 1962 -  10 Ottubru 1963)
Koppja/i Marcel Cerdan (mul) Translate
Louis Gérardin (mul) Translate
Yves Montand (en) Translate
unknown value
Ulied
uri
Edukazzjoni
Lingwi Franċiż
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
attur
artist diskografiku
chansonnier
artist tat-triq
kompożitur tal-kanzunetti
Tul 147 cm
Xogħlijiet importanti La Vie en rose (en) Translate
Milord (en) Translate
Non, je ne regrette rien (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Antiquus Mysticusque Ordo Rosae Crucis
Psewdonomu Édith Piaf
Moviment artistiku chanson
Chanson réaliste
ballade
Tip ta' leħen contralto
Strument/i tal-mużika vuċi
Tikketta tar-reġistrazzjoni Pathé-Marconi (en) Translate
Polydor Records (en) Translate

Édith Piaf (twieldet fid-19 ta' Diċembru 1915 – mietet fl-10 ta' Ottubru 1963), imwielda Édith Giovanna Gassion u mlaqqma "la Môme Piaf", kienet kantanta Franċiża tal-music-hall u tal-varjetà. Kellha ħafna suċċessi bil-kanzunetti bil-Franċiż, bħal La Vie en rose, Non, je ne regrette rien, Hymne à l'amour, Mon légionnaire u Milord. Piaf kellha fama internazzjonali, minkejja l-problemi serji f'saħħitha. Bil-personalità qawwija li kellha ispirat bosta kompożituri u kienet il-mentriċi ta' ħafna artisti żgħażagħ. Kienet ukoll attriċi fit-teatru u ċ-ċinema.

Bijografija

Tfulija

Édith twieldet Pariġi fil-faqar u l-miżerja. Kienet bint Louis Alphonse Gassion Franċiż, kontorsjonista fiċ-ċirku, imwieled in-Normandija u Annetta Maillard, kantanta tat-triq, ta' nisel Franċiż-Taljan/Alġerin.

Annetta kienet fqira wisq biex trabbiha u fdata għal kollox f'idejn ommha, Aïcha Saïd Ben Mohammed li kienet mill-Alġerija. In-nanna kienet moħħha fix-xorb biss u tant kienet tittraskura lit-tifla u tħalliha fil-ħmieġ li din nksiet bl-ekżema u għolbot esaġerat. Baqgħet 18-il xahar f'din il-kundizzjoni sakemm missierha ħa permess biex jiġi mill-front u ħadha għand ommu. Din in-nanna kienet is-sidt ta' burdell f'Bernay fin-Normandija. Édith kienet il-fessuda tal-prostituti fid-dar, u għall-ewwel darba setgħet tiekol sakemm tixba', tilbes ilbiesi sbieħ u tixrob il-ħalib tajjeb tan-Normandija. Meta kellha xi 7 jew 8 snin, għamiet temporanjament għax qabditha l-keratite. In-nanna semgħet b'xi tfajla li kellha din il-marda u kienet fieqet wara li kienet talbet fuq il-qabar ta' Santa Tereża ta' Lisieux‎, u ddeċidiet li tmur hemm mat-"tfajliet" u titlob għall-fejqan tat-tifla. Ħadu t-tren u marru jitolbu fuq il-qabar tal-qaddisa fejn ġabru ftit ħamrija biex kull fil-għaxija jagħmluha mal-faxxa fuq għajn Édith. Wara xi tmint ijiem, Édith fieqet! Hi dejjem baqgħet devota ta' Santa Tereża "iż-żgħira" u baqgħet iżżomm domna tagħha mdendla ma' għonqha għal ħajjitha kollha.

Fit-tmiem tal-gwerra, missierha ġie immobilizzat u ħadha togħqod miegħu, biex tgħix il-ħajja tal-"artiste" fiċ-ċrieki żgħar li jmorru minn post għall-ieħor u wara fil-ħajja miżerabbli ta' kantanta tat-triq. Kien, meta bħal ommha kienet qiegħda tkanta l-kanzunetti popolari ma' missierha, li Édith uriet il-kwalità eċċezzjonali ta' leħinha.

Fi Frar 1933, ta' 17-il sena kellha tifla, Marcelle, minn-namrat tagħha ta' dak iż-żmien, Louis Dupont. It-tifla mietet b'attak tal-meninġite sentejn wara.

Kantanta tal-cabaret

Fl-1935, Louis Leplée, il-manager tal-cabaret Le Gerny's li qiegħed fix-Champs-Élysées, skopriha meta kienet tkanta fit-triq. Dak iż-żmien, Piaf kienet tkanta l-iżjed il-kanzunetti ta' Fréhel. Leplée għażillha "la Môme Piaf" bħala isem tal-palk; "piaf" bil-ġerg ta' Pariġi, tfisser "għasfur tal-bejt". U Édith kienet suċċess kbir! It-talenti u l-leħen straordinarju tagħha attiraw l-attenzjoni ta' ħafna, fosthom il-kompożitur Raymond Asso u l-ħabiba kbira u fidila tagħha futura Marguerite Monnot, kompożitur u pjanista virtuoso li kkumpanjatha matul il-karriera kollha tagħha u li kkomponitilha l-mużika ta' Mon légionnaire, Hymne à l'amour, Milord u Amants d'un jour.

Fl-1936, irrekordjat l-ewwel diska, Les Mômes de la cloche, mat-tiketta Polydor u kellha suċċess immedjat. Imma f'April sabet 'il Leplée maqtul fid-dar tiegħu ta' Pariġi. Jidher li Leplée kien imdaħħal f'xi gangs tal-Pigalle. Édith inqabdet f'dan l-iskandlu u kellha tmur lura minn fejn ġiet fil-miżerja tal-kant fit-triq u fil-cabarets żgħar.

Reġgħet għamlet kuntatt ma' Raymond Asso (awtur ta' Mon légionnaire u ta' Fanion de la Légion), li sar in-namrat tagħha, ħadha f'idejh u ikkowċjaha biex issir kantanta professjonali tal-music-hall.

Stilla tal-music-hall

F'Marzu 1937, Édith bdiet il-karriera fil-music-hall fit-teatru ABC f'Pariġi, fejn immedjatament saret star immensa tal-kanzunetta Franċiża, maħbuba mill-publiku u mxandra fuq ir-radju.

Bħala star tal-aħħar tas-snin tletin, Piaf ittrijumfat fil-Bobino kif ukoll fit-teatru f'Le Bel Indifférent fl-1940, dramm f'att wieħed miktub speċjalment għaliha minn Jean Cocteau li hi interptretat b'suċċess kbir mal-attur Paul Meurisse. Imsieħba ma' Paul, ħadmet fil-film Montmartre-sur-Seine ta' Georges Lacombe (1941). Waqt li kienu qegħdin jagħmlu dal-film saret taf 'l Henri Contet, li sar, bħalma kienet saret Marguerite Monnot, wieħed mill-awturi li ġabilha l-fortuna.

Matul l-okkupazzjoni Ġermaniża, Édith, li kienet waqqgħet l-isem "La Môme Piaf" u saret "Édith Piaf", kompliet tagħti l-kunċerti u ma' beżgħetx minn-nazi: kienet tinterpreta l-kanzunetti f'sens doppju billi tuża l-kliem tal-imħabba biex tinkuraġġixi r-Reżistenza (Tu es partout) u kienet ukoll tipproteġi l-artisti Lhud mill-minaċċja tal-milizzja u tal-Ġermaniżi.

Fl-1944, fil-Moulin Rouge, Édith iltaqgħet mal-kantant żagħżuġh tal-music-hall Yves Montand u din kienet imħabba mal-għajn il-qalb. Diġà famuża u adurata, hi ħadet ħsieb li trawmu fis-sengħa u l-ħajja ta' artista. Għenitu ħafna fl-iżvilupp tal-karriera tiegħu billi laqqgħatu ma' bosta nies importanti fid-dinja tal-ispettaklu ta' dak iż-żmien, bħal Joseph Kosma, Henri Crolla, Loulou Gasté, Jean Guigo, Henri Contet, Louiguy, Marguerite Monnot, Philippe-Gérard, Bob Castella, Francis Lemarque u oħrajn.

Dik is-sena miet missier Édith u s-sena ta' wara mietet ommha.

Fl-1945, Piaf mingħajr l-għajnuna ta' ħadd, kitbet il-versi ta' La Vie en rose (li damet ma rrekordjatha sal-1946), l-iżjed kanzunetta popolari u famuża tagħha li daż-żmien saret klassika. Kienet taħdem ukoll fil-Comédie-Française.

Karriera internazzjonali

Fl-1948, meta kienet New York fuq tournée glorjuż kellha l-ikbar rumanza ta' ħajjitha mal-boxer Franċiż, Marcel Cerdan li kien joqgħod il-Marokk. Cerdan kien ħa l-kampjonat tad-dinja tal-boxing ta' piż medjan fit-2 ta' Settembru 1948, imbagħad miet f'inċident bl-ajruplan fit-28 ta' Ottubru 1949 fuq titjira Pariġi-New York, huwa u sejjer ħdejha. Mifnija bin-niket, Édith Piaf bdiet tieħu dożi qawwija ta' morfina. B'tifkira tiegħu kantat Hymne à l'amour li kellha suċċess kbir kif ukoll Mon Dieu.

Fl-1951, l-awtur-kompożitur-kantant żagħżugħ Charles Aznavour sar il-fac-totum tagħha: segretarju, xufier u konfident. Fid-29 ta' Lulju 1952, iżżewġet lill-kantant Franċiż Jacques Pills, u kellha bħala xhud l-attriċi Marlène Dietrich, imma iddivorzjatu fl-1956.

Fl-1953, bdiet il-kura tad-diżintossikazzjoni u wara l-fama tagħha bħala star tal-music-hall infirxet mad-dinja kollha u b'mod partikulari mal-iStati Uniti. Kellha suċċess kbir fl-1956 fil-Carnegie Hall ta' New York, fejn kienet tidher regularment.

Kellha rumanza ma' Georges Moustaki, li varat f'karriera tal-kant. Miegħu kellha inċident serju bil-karozza fl-1958, li għamel agħar is-saħha ħażina tagħha u d-dependenza fuq il-morfina. Irrekordjat il-kanzunetta Milord, li kitbet hi stess u li kienet waħda mill-ikbar suċċessi.

Fl-1959, Édith ħassha ħażin fuq il-palk waqt tournée f'New York. Kellha tagħmel bosta operazzjonijiet kirurġiċi u marret lura Pariġi fi stat miżeru u mingħajr Moustaki, li kien telaqha.

Fl-1961, fuq talba ta' Bruno Coquatrix, Édith Piaf tat serje ta' kunċerti fl-Olympia, Pariġi, li kien ħa jagħlaq minħabba problemi finanzjarji. Dawn il-kunċerti kienu fost l-iżjed memorabbli u komoventi tal-karriera tagħha. F'din is-sala preferita tagħha interpretat Non, je ne regrette rien, kanzunetta li kitbilha Charles Dumont u li saret parti minnha. Edith salvat l-Olympia, imma bilkemm kellha saħħa tieqaf fuq saqajha jew tiċċaqlaq, u rnexxielha tkanta biss billi tieħu kwantità kbira ta' morfina.

Fid-9 ta' Ottubru 1962, meta kellha 47 sena, mifnija, marida u ddrogata, iżżewget lil Théo Sarapo, kantant gustuż żagħżugħ ta' 26 sena u kif stqarriet hi, xi minn daqqiet kien qisu "iben li qiegħed jieħu ħsieb ommu marida". Kantaw flimkien À quoi ça sert l'amour ?

Fil-bidu tal-1963, irrekordjat l-aħħar kanzunetta: L'Homme de Berlin.

Il-Mewt

Il-qabar ta' Édith Piaf fiċ-ċimiterju ta' Père-Lachaise ta' Pariġi

Édith Piaf mietet fl-10 ta' Ottubru 1963, Plascassier (raħal f'Grasse fl-Alpes-Maritimes) fl-età ta' 47 sena, mifnija mill-eċċessi tagħha, il-morfina u tbatijiet ta' ħajjitha kollha. Il-ġarr tal-katavru tagħha lejn Pariġi kien organizzat bil-moħbi u illegalment, u l-mewt tagħha tħabbret uffiċjalment fil-11 ta' Ottubru, Pariġi, l-istess jum tal-mewt ta' Jean Cocteau. Hemm xniegha li tgħid li Cocteau (li baqa' jikkorrespondi ma' Édith kontinwament) qatel ruħu b'idejh meta sema' bl-aħbar ta' mewtha.

Il-funeral sar fiċ-ċimiterju ta' Père-Lachaise, fejn inġabret folla immensa t'ammiraturi biex jagħtuha l-aħħar tislimiet. L-aħħar raġel tagħha, Théo Sarapo, li miet f'inċident bil-karozza fl-1970, hu midfun magħha.

Diskografija

  • 1935 : Les Mômes de la Cloche, tiketta Polydor l-ewwel 78 tours irrekordjati minn Piaf. Direttur Artistiku : Jacques Cannetti
  • 1954 : De l'accordéoniste à Milord
  • 1961 : Olympia 1961

Il-kanzunetti l-kbar tagħha

  • 1937 : Mon légionnaire, kliem ta' Raymond Asso u mużika ta' Marguerite Monnot
  • 1940 : L'Accordéoniste, kliem u mużika ta' Michel Emer
  • 1946 : Les Trois Cloches ma' Les Compagnons de la chanson, kliem u mużika ta' Jean Villard Gilles
  • 1946 : La Vie en rose, kliem ta' Édith Piaf, mużika ta' Louiguy u Marguerite Monnot (non créditée)
  • 1947 : Une chanson à trois temps, kliem u mużika ta' Anna Marly
  • 1950 : Hymne à l'amour, kliem ta' Édith Piaf u mużika ta' Marguerite Monnot
  • 1951 : Padam... Padam..., kliem ta' Henri Contet u mużika ta' Norbert Glanzberg
  • 1952 : Mon manège à moi, kliem ta' Jean Constantin u mużika ta' Norbert Glanzberg
  • 1954 : Sous le ciel de Paris, kliem ta' Jean Dréjac u mużika ta' Hubert Giraud, mill-film, Sous le ciel de Paris ta' Julien Duvivier
  • 1956 : L'Homme à la moto, adattament minn Jean Dréjac minn Black Denim Trousers And Motorcycle Boots ta' Jerry Leiber & Mike Stoller
  • 1956 : Les Amants d'un jour, kliem ta' Claude Delécluse u Michelle Senlis, mużika ta' Marguerite Monnot
  • 1957 : La Foule, kliem ta' Michel Rivgauche, kanzunetta ispirata minn Que nadie sepa mi sufrir (xi drabi tissejjaħ Amor de mis Amores), valz Peruvjan ta' oriġni Argentin, kliem originali ta' Enrique Dizeo u mużika ta' Ángel Cabral
  • 1959 : Milord, kliem ta' Georges Moustaki u mużika ta' Marguerite Monnot
  • 1960 : Non, je ne regrette rien, kliem ta' Michel Vaucaire u mużika ta' Charles Dumont (użata minn Johnny Hallyday għall-film Sueurs)
  • 1960 : Mon Dieu, kliem ta' Michel Vaucaire u mużika ta' Charles Dumont.
  • 1962 : À quoi ça sert l'amour, kliem u mużika ta' Michel Emer

Il-kanzunetti tagħha

1925
  • Comme un Moineau
1933
  • Entre Saint-Ouen et Clignancourt
1934
  • L'Étranger
1935
  • Mon Apéro
  • La Java de Cézigue
  • Fais-Moi Valser
1936
  • Les Mômes De la Clôche
  • J'Suis Mordue
  • Mon légionnaire
  • Le Contrebandier
  • La Fille et le Chien
  • La Julie Jolie
  • Va Danser
  • Chand d'Habits
  • Reste
  • Les Hiboux
  • Quand Même (mill-film "La Garçonne")
  • La Petite Boutique
  • Y'Avait du Soleil
  • Il N'Est Pas Distingué
  • Les Deux Ménétriers
  • Mon Amant de la Coloniale
  • C'Est Toi le Plus Fort
  • Le Fanion de la Légion
  • J'Entends la Sirène
  • Ding, Din, Dong
  • Madeleine Qu'Avait du Cœur
  • Les Marins Ça Fait des Voyages
  • Simple Comme Bonjour
  • Le Mauvais Matelot
  • Celui Qui Ne Savait Pas Pleurer
1937
  • Le Grand Voyage du Pauvre Nègre
  • Un Jeune Homme Chantait
  • Tout Fout le Camp
  • Ne M'Écris Pas
  • Partance
  • Dans Un Bouge du Vieux Port
  • Mon Cœur Est au Coin d'une Rue
1938
  • С'Est Lui Que Mon Cœur A Choisi
  • Paris-Méditerranée
  • La Java en Mineur
  • Browning
  • Le Chacal
  • Corrèqu'et Réguyer
1939
  • Y'En A un de Trop
  • Elle Fréquentait la Rue Pigalle
  • Le Petit Monsieur Triste
  • Les Deux Copains
  • Je N'En Connais Pas la Fin
1940
  • Embrasse-Moi
  • On Danse sur Ma Chanson
  • Sur une Colline
  • C'Est la Moindre des Choses
  • Escale
  • La Fille de Joie Est Triste (L'Accordéoniste)
1941
  • Où Sont-Ils, Mes Petits Copains?
  • C'Était un Jour de Fête
  • C'Est un Monsieur Très Distingué
  • J'Ai Dansé avec l'Amour (mill-film "Montmartre sur Scène")
  • L'Homme des Bars
  • Le Vagabond
1942
  • Jimmy, C'Est Lui
  • Un Coin Tout Bleu (mill-film "Montmartre sur Scène")
  • Sans Y Penser
  • Un Monsieur Me Suit dans la Rue
1943
  • Tu Es Partout (mill-film "Montmartre sur Scène")
  • J'Ai Qu'À l'Regarder...
  • Le Chasseur de l'Hôtel
  • C'Était une Histoire d'Amour
  • Le Brun et le Blond
  • Monsieur Saint-Pierre
  • Coup de Grisou
  • De l'Autre Côté de la Rue
  • La Demoiselle du Cinqième
1944
  • Les Deux Rengaines
  • Y'A Pas d'Printemps
  • Les Histoires de Coeur
  • C'Est Toujours la Même Histoire
1945
  • Le Disque Usé
  • Elle A...
  • Regarde-Moi Toujours Comme Ça
  • Les Gars Qui Marchaient
  • Il Riait
  • Monsieur Ernest A Réussi
1946
  • La Vie en Rose
  • Les Trois Cloches (ma' Les Compagnons de la Chanson)
  • Dans Ma Rue
  • J'M'En Fous Pas Mal
  • C'Est Merveilleux
  • Adieu Mon Cœur
  • Le Chant du Pirate
  • Céline (ma' Les Compagnons de la Chanson)
  • Le Petit Homme
  • Le Roi A Fait Battre Tambour (ma' Les Compagnons de la Chanson)
  • Dans les Prisons de Nantes (ma' Les Compagnons de la Chanson)
  • Mariage
  • Un Refrain Courait dans la Rue
  • Miss Otis Regrets

1947
  • C'Est pour Ça (mill-film "Neuf Garçons et un Coeur")
  • Qu'As-Tu Fait John?
  • Sophie (mill-film "Neuf Garçons et un Coeur")
  • Le Geste
  • Si Tu Partais
  • Une Chanson à Trois Temps
  • Un Homme Comme les Autres
  • Les Cloches Sonnent
  • Johnny Fedora et Alice Blue Bonnet
  • Le Rideau Tombe Avant la Fin
  • Elle Avait Son Sourire
1948
  • Monsieur Lenoble
  • Les Amants de Paris
  • Il A Chanté
  • Les Vieux Bateaux
  • Il Pleut
  • Cousu de Fil Blanc
  • Amour du mois de Mai
  • Monsieur X
1949
  • Bal dans Ma Rue
  • Pour Moi Tout' Seule
  • Pleure Pas
  • Le Prisonnier de la Tour (Si le Roi Savait Ça Isabelle)
  • L'Orgue des Amoureux
  • Dany
  • Paris (mill-film "L'Homme aux Mains d'Argile")
  • Hymne à l'amour
1950
  • Hymne à l'amour
  • Le Chevalier de Paris
  • Il Fait Bon T'Aimer
  • La P'Tite Marie
  • Tous les Amoureux Chantent
  • Il Y Avait
  • C'Est d'la Faute à Tes Yeux
  • C'Est un Gars
  • Hymn to Love
  • The Three Bells
  • Le Ciel Est Fermé
  • La Fête Continue
  • Simply a Waltz
  • La Vie en Rose (verżjoni Ingliża)
1951
  • Padam... Padam...
  • Avant l'Heure
  • L'Homme Que J'aimerai
  • Du Matin Jusqu'au soir
  • Demain (Il Fera Jour)
  • C'Est Toi (ma' Eddie Constantine)
  • Rien de Rien
  • Si, Si, Si, Si (ma' Eddie Constantine)
  • À l'Enseigne de la Fille sans Cœur
  • Télégramme
  • Une Enfant
  • Plus Bleu Que Tes Yeux
  • Le Noël de la Rue
  • La Valse de l'Amour
  • La Rue aux Chansons
  • Jezebel
  • Chante-Moi (ma' M. Jiteau)
  • Chanson de Catherine
  • Chanson Bleue
  • Je Hais les Dimanches
1952
  • Au Bal de la Chance
  • Elle A Dit
  • Notre-Dame de Paris
  • Mon Ami M'A Donné
  • Je T'Ai dans la Peau (mill-film "Boum sur Paris")
  • Monsieur et Madame
  • Ça Gueule Ça, Madame (ma' Jacques Pills) (mill-film "Boum sur Paris")
1953
  • Bravo pour le Clown
  • Sœur Anne
  • N'Y Va Pas Manuel
  • Les Amants de Venise
  • L'Effet Qu'Tu M'Fais
  • Johnny, Tu N'Es Pas un Ange
  • Jean et Martine
  • Et Moi...
  • Pour Qu'Elle Soit Jolie Ma Chanson (ma' Jacques Pills) (mill-film "Boum sur Paris")
  • Les Croix
  • Le Bel Indifférent
  • Heureuse
1954
  • La Goualante du Pauvre Jean
  • Enfin le Printemps
  • Retour
  • Mea Culpa
  • Le "Ça Ira" (mill-film "Si Versailles M'Etait Conté...")
  • Avec Ce Soleil
  • L'Homme au Piano
  • Sérénade du Pavé (mill-film "French Cancan")
  • Sous Le Ciel de Paris
1955
  • L'Accordéoniste
  • Un Grand Amour Qui S'Achève
  • Miséricorde
  • C'Est à Hambourg
  • Légende
  • Le Chemin des Forains

1956
  • Heaven Have Mercy
  • One Little Man
  • Autumn Leaves
  • 'Cause I Love You
  • Chante-Moi (bl-Ingliż)
  • Don't Cry
  • I Shouldn't Care
  • My Lost Melody
  • Avant Nous
  • Et Pourtant
  • Marie la Française
  • Les Amants d'un Jour
  • L'Homme à la Moto
  • Soudain Une Vallée
  • Une Dame
  • Toi Qui Sais
1957
  • La Foule
  • Les Prisons du Roy
  • Opinion Publique
  • Salle d'Attente
  • Les Grognards
  • Comme Moi}}
1958
  • C'Est un Homme Terrible
  • Je Me Souviens d'une Chanson
  • Je Sais Comment
  • Tatave
  • Les Orgues de Barbarie
  • Eden Blues
  • Le Gitan et la Fille
  • Fais Comme Si
  • Le Ballet des Cœurs
  • Les Amants de Demain
  • Les Neiges de Finlande
  • Tant Qu'Il Y Aura des Jours
  • Un Étranger
  • Mon Manège à Moi
1959
1960
  • Non, Je Ne Regrette Rien
  • La Vie, l'Amour
  • Rue de Siam
  • Jean l'Espagnol
  • La Belle Histoire d'Amour
  • La Ville Inconnue
  • Non, La Vie N'Est Pas Triste
  • Kiosque à Journaux
  • Le Métro de Paris
  • Cri du Cœur
  • Les Blouses Blanches
  • Les Flons-Flons du Bal
  • Les Mots d'Amour
  • T'Es l'Homme Qu'Il Me Faut
  • Mon Dieu
  • Boulevard du Crime
  • C'Est l'Amour
  • Des Histories
  • Ouragan
  • Je Suis à Toi
  • Les Amants Merveilleux
  • Je M'Imagine
  • Jérusalem
  • Le Vieux Piano
1961
  • C'Est Peut-Être Ça
  • Les Bleuets d'Azur
  • Quand Tu Dors
  • Mon Vieux Lucien
  • Le Dénicheur
  • J'N'Attends Plus Rien
  • J'En Ai Passé des Nuits
  • Exodus
  • Faut Pas Qu'Il Se Figure
  • Les Amants (ma' Charles Dumont)
  • No Regrets
  • Le Billard Électrique
  • Marie-Trottoir
  • Qu'Il Était Triste Cet Anglais
  • Toujours Aimer
  • Mon Dieu (bl-Ingliż)
  • Le Bruit des Villes
  • Dans Leur Baiser
1962
  • À Quoi Ça Sert L'Amour?
  • Le Droit d'Aimer
  • À Quoi Ça Sert L'Amour? (ma' Théo Sarapo)
  • Fallait-Il
  • Une Valse
  • Inconnu Excepté de Dieu (ma' Charles Dumont)
  • Quatorze Juillet
  • Les Amants de Teruel (ma' Mikis Theodorakis/Jacques Plante)
  • Roulez Tambours
  • Musique à Tout Va
  • Le Rendez-Vous
  • Toi, Tu l'Entends Pas!
  • Carmen's Story
  • On Cherche un Auguste
  • Ça Fait Drôle
  • Emporte-Moi
  • Polichinelle
  • Le Petit Brouillard (Un Petit Brouillard)
  • Le Diable de la Bastille
  • Elle Chantait (ma' Théo Sarapo)
1963
  • C'Était Pas Moi
  • Le Chant d'Amour
  • Tiens, V'là un Marin
  • J'En Ai Tant Vu
  • Traqué
  • Les Gens
  • Margot Cœur Gros
  • Monsieur Incognito
  • Un Dimanche à Londres
  • L'Homme de Berlin (l-aħħar rekording)

X'qalu fuqha

 Madame Édith Piaf hi ġenju. Hi inimitabbli. Qatt ma kien hawn bħal Édith Piaf, qatt ma se jkun hawn oħra bħala. 

 L-unika kelma li tista' tissostitwixxi l-kelma Pariġi hi l-kelma Piaf. 

 Leħnek hu r-ruħ ta' Pariġi... 

 Niftakar li kien minħabba Édith Piaf li Les Compagnons de la chanson, Eddie Constantine u Yves Montand bdew ikantaw. 

Unuri

  • Il-Musée Édith Piaf iddedikat għaliha, rue Crespin du Gast, Pariġi.
  • Il-kanzunetta Hymne à l'amour hi l-bażi tal-film Toutes ces belles promesses ta' Jean-Paul Civeyrac.
  • Il-15 l-Improviżjoni tal-kompożitur Franċiż, Francis Poulenc, miktuba għall-pjanu fl-1960 (Editions Salabert S.A.) f' Unur ta' Édith Piaf .

Films li ħadmet fihom

  • 1936: La Garçonne ta' Jean de Limur : bħala l-kantanta
  • 1941: Montmartre-sur-Seine ta' Georges Lacombe : bħala Lily
  • 1946: Étoile sans lumière ta' Marcel Blistène : bħala Madeleine
  • 1948: Neuf garçons, un cœur ta' Georges Friedland : bħala Christine
  • 1952: Paris chante toujours ta' Pierre Montazel : bħal hi stess
  • 1954: Boum sur Paris ta' Maurice de Canonge : bħal hi stess
  • 1954: Si Versailles m'était conté ta' Sacha Guitry : bħala tfajla li tkanta Ça ira
  • 1954: French Cancan ta' Jean Renoir : Eugénie bħala Buffet
  • 1959: Les Amants de demain ta' Marcel Blistène : bħala Simone

Fiċ-ċinema

  • 1974: Piaf ta' Guy Casaril taħdem Brigitte Ariel fil-parti ta' Édith Piaf.
  • 1983: Édith u Marcel ta' Claude Lelouch, taħdem Évelyne Bouix.
  • 1984: Piaf, telefilm taħdem Jane Lapotaire.
  • 1994: Une brève rencontre : Édith Piaf, téléfilm ta' Michel Wyn, taħdem Sophie Arthur.
  • 2007: La Môme (jismu wkoll La Vie En Rose) ta' Olivier Dahan, taħdem Marion Cotillard.

Bibljografija

Awtobijografija

  • Édith Piaf, Ma vie (oriġinarjament miktub fl-1958, 5 snin qabel mewtha). Verżjoni Ingliża: The Wheel Of Fortune: The Autobiography of Edith Piaf Peter Owen Publishers; ISBN 0-7206-1228-4
  • Édith Piaf and Simone Berteaut Édith Piaf ippublikat Jannar 1982; ISBN 2-904106-01-4

Kotba fuqha

  • Denise Gassion u Robert Morcet, Édith Piaf secrète et publique, Ergo press, Issy-les-Moulineaux, 1988.
  • Bernard Marchois, Édith Piaf, TF1, Pariġi, 1995.
  • Marcel Cerdan jr., Édith Piaf et moi, Flammarion, Pariġi, 2000.
  • Édith Piaf u Marcel Cerdan, Moi pour toi - Lettres d'amour, Le Cherche Midi Editur, Pariġi, 2002.
  • Ginou Richer, Mon amie Édith Piaf, Instantané, Pariġi, 2004, (ktieb awdjo minn għand Livrior).
  • Jacqueline Cartier-Hugues Vassal, Edith et Thérèse, la Sainte et la Pécheresse, Ed. Anne Carrière

Bijografiji

Franċiż:

  • Pierre Hiégel, Édith Piaf, de l'Heure, Monaco, 1962.
  • Simone Berteaut, Piaf, Robert Laffont, Pariġi, 1969 (2 edizzjoni 1993).
  • William Laurent, Édith Piaf, F. Loucrani, Collection Numéro 1, Pariġi, 1983.
  • Monique Lefèvre, Piaf, Télérama Hors série n°47, Pariġi, 1993.
  • Marc Bonel u Danielle Bonel, Édith Piaf, le temps d'une vie, de Fallois, Pariġi, 1993.
  • Pierre Duclos u Georges Martin, Piaf, Le grand livre du mois, Pariġi, 1993.
  • Dominique Grimault u Patrick Mahé, Piaf-Cerdan : un hymne à l'amour, 1946-1949, de la Seine, Pariġi, 1993.
  • Louis Valentin, Piaf, Plon, Pariġi, 1993.
  • André Larue, Edith Piaf, l'amour toujours, Michel Lafon, Pariġi, 1993.
  • Jean Noli, Piaf secrète, L'Archipel, Pariġi, 1993 (re-ed. 2003).
  • Pierre Duclos u Georges Martin, Piaf, biographie, du Seuil, Pariġi, 1995.
  • Sophie Troubac, Edith Piaf, l'hymne à l'amour, Sauret, Monaco, 1995.
  • Frédéric Perroud, Marcel Cerdan-Edith Piaf : le bel amour, Acropole, Pariġi, 1999.
  • Stan Cuesta (daħla ta' François Hadji-Lazaro), Edith Piaf, J'ai lu/Librio musique nu 384, Pariġi, 2000, ISBN 2-290-30639-8
  • François Levy, Passion Edith Piaf, la môme de Paris, Textuel, Pariġi, 2003.
  • Jean-Dominique Brierre, Edith Piaf : “Sans amour on n'est rien du tout Pariġi, 2003.
  • David Lelait-Helo, Sur un air ta' Piaf, Payot, Pariġi, 2003.
  • Marcel Cerdan Jr., Piaf u moi, Flammarion, France, 2000.

Ingliż:

  • Margaret Crosland, Piaf, Hodder and Stoughton, Londra, 1985.
  • David Bret The Piaf Legend, Robson Books,Londra, 1988.
  • David Bret, Piaf: A Passionate Life Robson Books, 1998, revised JR Books, 2007

Ħoloq esterni

Kembali kehalaman sebelumnya